Friday, September 21, 2007

MITT ELF FARFETT
21.09.07


Huma tassew ftit il-fortunati li mqar darba f’mitt farfett zaru l-istazzjon tal-ferrovijja ta Frollitown.

Mela wiehed minn dawn il-fortunati kien il-habib taghna Ragel Vjola, li f’nofs il-hmistax-il gimgha tax-xahar, gietu xewqa tassew fantastika. Qabad ghalekk gebla effervexxenti u xehitha f’nofs wiehed mill-fosos tal-Furjana. Malajr induna li Futur kien tal-parir li jmur Frollitown. Ta min jghid li Futur kien hlejjaq kemxejn moghlub dejjem liebes flokk nofs komma. Hafna kienu jqisuh krejatura fitta ghall-ahhar

“Velfromm” tenn Ragel Vjola, u fittex rhielha.

L-istazzjon kien jinsab f’ghalqa li tezizti biss nhar ta Gimgha. Ragel Vjola rama rixa fuq rasu, frotta fuq kull naha u fatat fil-but. Iz-ziffa kienet friska, tilghab mal-gilda u ggieghel lill friekren ifittxu miken kenni. Ragel Vjola, minhabba li kien bla xar, fekren hu wkoll lejn l-istazzjon, fejn ittama li seta jsib imqar tazza Te tal-Frejfes.

Izda meta kien biss erba rettangoli ‘l boghod, waqaf hesrem. Mill-istazzjon dehret pezza drapp tqum u taqa, pezza mdaqqsa, kollha lwien, pezza hoxna, riesqa lejn fejn kien.

Ragel Vjola baqa ssummat, hass donnu rih qawwi riha ta frawli riesaq lejh. Il-pezza waslet biss rettangolu l’ boghod meta, b’hoss ta’ vjolin midfun fis-shab, inqasmet f’mitt elf farfett.



No comments: