Wednesday, November 14, 2007

IL-PELLEGRINAGG TAL-FEKRUNA

15.11.07


Kien hemm darba fekruna kbira, mdellka, kerha, mzellga skura u kannella. Kienet xi haga li l-bahar bezaq fuq ix-xatt ghax hassu hazin. Il-fekkruna ittewbet wahda kbira, u minn halqha karkret karba simili ghall dik tal kokka meta tikkoncentra fuq l-kordi vokali l-aktar koroh ta grizmejha. Hareg, bi sforz kbir u miksi bzieq, ragel ahdar maghmul ckejken, li flok mohh kellu magna tal-hjata u flok qalb kellu lewza. Ir-ragel (li kien jismu Misempleh) qabad kamera tar-ritratti u nfexx jigbed immagni wara immagni ta’ dak kollu li setaw jaraw ghajnejh skrupluzi mimlijin riq fekrunesk. Ritratt wara ritratt, ic-cirkonferenza ta’ l-esperimentazzjoni tieghu zdiedet, hekk kif tbieghed aktar u aktar mil-lok fejn wellditu din il-haga moqzieza. Tbieghed, tbieghed, sa ma wasal hdejn bokka ta’ bir mimli brimb kbir daqs il-basal. Brimba minnhom kienet xwejha, sentinella ta’ hafna saqajn. Kellha xarha twil u mqanfed u kienet qed tehda ddur ddur mad-dawra tal-bokka.

Mal wasla ta’ Misempleh l-brimba ppuppat il-warrani, harget idejha, irrangat in-nuccali u talbitu ghall invit. Misempleh ma kellu l-ebda nvit. Mar-rivelazzjoni ta’ din il-bicca nformazzjoni, l-brimb kollha waqfu ix-xejn li kienu qieghed jaghmlu u harsu cass lejh.

Mijja disa u tmenin brimba, jharsu cass lejh.

Tistaw timmaginaw l-iskumdita’ li hass il-habib hadrani taghna li b’konsegwenza ghamel haga li kieku mhux ghax kien fadallu biss ghaxar minuti hajja, kien jiddispjacih ghalija ghall omru. Misempleh qabad ir-ritratti li kien gibed meta kien ghadu fl-istess ghanqbuta mdellka li fiha kien hemm ommu l-fekruna. Qassam wiehed wiehed l-immagni kolla ta’ dak li ghajnejh kienu esperjenzaw.

Mijja disa u tmenin ritratt. (Zied wiehed ghall brimba sentinella).

Malli dawn l-oggetti prezzjuzi gew f’idejn il-brimb, iggranfaw maghhom b’dahka ndemonjata, hargu lsienhom sufi u nfexxew jilghaqu kull immagni sakemm thassret kull stampa u fadal biss karti bojod. Lanqas dawn ma kellhom wisq xorti, ghax belawhom u tfewwquhom f’temp ta ghaxar sekondi. Misempleh sa issa kien ghadu kuntent. Mehlusa mill-guh, il-brimba sentinel warrbet u l-bokka kienet kollha tieghu. Ha ranjkatura u qabez ghall isfel.

Mill-ewwel xamm riha fekruneska li donnu gharafa. Dam ftit minuti niezel, jizzelleg mal-bzieq tal-bahar li l-bir kien mimli minnu. Hawn gew kollox kien inkaljat bl-actu, tant li l-ahdar jixhel ta’ Misempleh inhall mal-konfini tal-bir sa ma sar ragel trasparenti. Meta ra x’kien hemm fil-qiegh, iddissolva ghall kollox.

Ommu l-fekruna, kbira, mdellka, kerha, mzellga, kienet qiegheda hemm tistennieh b’halqha miftuh. Din id-darba faqqhet dahka li farrket il-magna tal-hjata ta mohhu u ghamlet zejt mill-lewza ta qalbu.

Misempleh waqaf jezisti.

Monday, November 12, 2007

PORCELLANA

12.11.07


Qabad lasta rqieqa, ferraq l-ilma frizat li kien kwazi beda jifforma skorca ma l-art u farrak is-silg sa ma fetah bokka. Halla l-hoss sfrenat tat trakkijiet li nstemaw mill-boghod, halla it-tektik tac-cpar jizzelleg mal-karozzi, halla z-zarzir f’mohhu u halla l-biki taz zoni industrijali. Mill-bokka harget krejatura tal-porcellana, liebsa libsa bajda rieha ta demensja, tlegleg flixkun spirtu kannella u tliegheb vokabolarju li ma jezizti fl-ebda dizzjunarju. Hatfet il-lasta u telqghet ghall ghonq it-triq , tixxengel minn nahha ghal ohra, u hu mexa hdejha. Kienet tieqaf tosserva il-fdalijiet umani imxerrda ghall ghonq it toroq bojod, tghodd l-arbli tad dawl ghall tlett darbiet kull tlett sekondi u tinfexx tidhak u tibki f’salt. Hu kien jieqaf josserva maghha, jghodd, jidhak, jipprova ma jibkix u jipprova jifhem. Imxew hdejn xulxin, werzqu gennati u dendluhom mal hitan ta kull triq li minnha kienu jghaddu, jaffaxxinaw lill xulxin u jimmeraviljaw ruhhom bin nuqqas ta' ezistenza tad-dinja li kienu jghixu fiha.

Qabad xarha minn ras il-mara tal-porcellana u gibidha tant li gieghla thares cass f’ghajnejh. F’salt wiehed zdiedu l-ilmenti tal-bebbux kollu li kienet qarmcet taht saqajha hi u tixxengel. Sabet kapitlu fejn uhud mill-kliem kienu jezistu, u habbet, habbet, habbet, hafna habbet.

L-ghada, bil-mohbi ta Nemis, tkaxkret lura lejn it-toqba tas-silg.

Huwa qam bil-hoss tat trakkijiet f’widnejh, it-tektik tac-cpar jizzeffen mall-voks wagon, iz-zarzir li baqa f’mohhu u z-zuffjett taz zoni industrijali.

Thursday, November 8, 2007

L-AVUKATA TAGHNA
08.11.07

“Ejja mela avukata taghna”

Qalu z-zunzan dakinar li zanznu ghall xejn minn fjura mejta ghall fjura mejta. Dakinar ma kienux jafu fejn ser jaqbdu jdahhlu x-xewka li tiddendel minn gisimhom.
Zanznu, zanznu, zanznu, illum ix-xemx hdaret.

“Dawwar lejna dawk l-ghajnejn tieghek tal-hniena”

Ghanejha tizliga bajda u xarha waqala kollu. Fethet halqha u deheru biss hofor fejn xi darba tbandlula d-dras suwed. Provat tigri halli ma ssofrix it-tingiza taz-zunzan herqan, imma kienet zoppa fuq sieq minnhom u tfixklet fil-mant il-blu.

“Urina wara dan it-turrufnament..”

Jew ahjar turina xejn. Idejk nieqsin tlett iswaba.