Sunday, October 28, 2007

QATRAN
28.10.07

Darba kien hemm post fejn l-ghasafar suwed tal-merkurju kienu jizzerzqu mal-hbula ta l-inxir u l-bicciet tal metal minxura maghhom. Kien hemm hafna garaxxijiet fejn in-nies kienu jaghmlu uzu minn sustanzi li l-Bibbja, sa fejn naf jien, issejhilom il-Genna. Kien post imdawwal biss minn insetti kbar u orangjo li kienu jittajjru minn garaxx ghall garaxx, u minn kull kamra kont tisma muzika stunata hierga bhall fwar minn go borma minestra. Kien hemm mara bil-kalzetti mtaqqba u bit-te imcallas mal-flokk semi-trasparenti. Imdendel ma idha x-xellugijja kellha barmil qatran. Qatra qatra, l-qatran qattrilha fuq il-qorq tac-caruta, sakemm sahansittra l-kalzetti li kienu jaslu sa rkuppitha iggarfu bl-iswed. Il-mara tefghet harsa misruqa mawarha..kien hemm biss id-dalma ta nhar ta’ Hadd. Baxxiet, nizzlet il-barmil ma l-art u billet subajha fil-qatran zejtni u maghqud. Ressqet subghaja lubrifikati lejn il-hajt u halliethom iweddlu dak li kellha go fiha.

Thaxwix.

Mill-bokka ta garaxx minnhom deher tifel zghir jittawwal. Il-mara twerwet quddiem dik l-innocenza. F’hakka t’ghajn saret ghasfur tal-merkurju u ghebet fis smewwiet.

It-tifel l-ghada staqsa lill-ommu ghaliex il-mara misterjuza pengiet tulpan mitbiel mal-hajt fejn ta' spiss kien jaghtti wiccu meta jilghab 'ara gejja l-mewt ghalik...'

Saturday, October 27, 2007

KIKKRA BEJN TNEJN
25.10.07

Mela darba kien hemm kikkra. Mela darba kien hemm qarnita. Mela darba kien hemm qarnita go kikkra. Nibdew mill bidu nett.

Hadd ma kien jaf il-qarnita kif kienet tinsab gol-kikkra: haga li kienet iggeghla tindanna mhux hazin, ghax minn dejjem xtaqet ftit ta' l-attenzjoni. Msomma, lura ghall punt.

Kien hemm qarnita go kikkra. Ta' spiss il-qarnita roza u mxarrba kienet tohrog it-tmenin saqajn taghha barra mill-konfini tal-hgieg trasparenti. Kienet tehda thokk saqajha ma l-art u ma xulxin. Kienu jaghmlu hoss bhal meta taqbad lasktuwwa, iggebbidha u thallihja tivvibra. Kull tant zmien, il-qarnita kienet tattendi (sintendi bil-kikkra b'kollox) il-karnival ta' Venezja.

Kien hemm qarnita go kikkra liebsa kostum tal-Karnival. Ghadda buffu minn hdeja ikaxkar strument muzikali bil-kordi xpakkati. Ghaddew sireni, trakkijiet, giraffi u lapsijiet.


Kien hemm qarnita go kikkra tistenna l-kbir Destin ilaqqahha ma qarnita bhala.

Kien hemm zewg qarniti go kikkra. Le, ma kienx id-Destin li tefa lit-tnejn (u Alla jberikom!) go l-istess konfin minuskolu.

Kien hemm zewg qarniti go kikkra, u hemm ghadom sa llum.

Monday, October 15, 2007

GHANJA
15.10.07


Darba wahda gewwa Rahal Ahdar, fejn ir-rih kien riha ta' xitwa u mimli fjuri ta' l-Apres Midi, kien hemm mara gharkubtejha, b'ida marbuta b'coff tas-satin. Il-fjuri qaluli li kienet qed iggorr sulfarin f'idejha u qaluli li semghuha tghanni:

Jekk nitkebbeb, nsir karawetta u nhallik tikolni, tibqa thobbni?

Jekk niggranfa mal-konsonanti u nqatta l-pagni tal-Genesi, tibqa thobbni?

Jekk jizloqlok kollox minn taht riglejk, tibqa tghixli? Tiba thobbni?


Tabilhaqq li lehinha kien mimli Lukura. Wisq nibza li qed jaqa n-nida fuqha u fuq is-satin. Min jaf trabbix sadid?

Sunday, October 14, 2007

SALVINA
11.10.07


Darba kien hemm mara jisimha Salvina. Kienet bejn xiha u mhux xiha. Kienet toqghod go dar bejn gdida u mhux gdida. Ir rih qawwi mil grigal ta spiss kien jinki l-weraq tal palm fejn kienet toqghod. Salvina ma kinitx taf tesprimi ruhha. Lanqas ma kienet tifhem l-ittri imxerrda fuq il-karti, hitan, u smewwiet. Kienet tara lill kumplament tad-dinja jintilfu fin-numri, fil-problemi, u kienet tikkonslahhom. Lilha kien jikkunslahha l-hsieb li xi darba l-irqad etern kien ser itemm din il hajja ta ittri, ta karti, testmenti, u litanijji. Darba minnhom semghet storja li ma steghetx issibilha bidu jew tmiem. Salvina ma fehemet xejn.

U dik hi l-hajja fil-qosor.

Monday, October 8, 2007

STORJA TAL-PLASTIK
09.10.07



Kollox beda b'xewqa li ghamlet wahda mara ta eta zghira li kwazi diga' kienet bdiet tixba tiehu nifs.

Mela kien hemm umbaghad bajja sabiha li kull jum kienet tghaddi minnha. Qalbha kienet tixtieq tieqaf u tgawdi s-sbuhijja tad-dghajjes orangjo, homor, hodor, blu u sofor. Dejjem bil-ghatx, il-mara (li kien jisimha Baja) kienet tinfexx f'ezercizzji inutli, bhal nghidu ahna kienet tahdem il-kutri tan-newl, kienet tghodd id-dud (li kienet izzomm go gagga) ghoxrin punt seba darbiet kull jum, u kienet taqla l-ftit trab li kien jingemgha taht dufrejgha kull zero (punt seba seba disgha) sekondi. M'ghanniex xi nghidu, wara ftit qalbha ttaqbet xi ftit.

Darba minnhom Baja rvillat. Caqalqet rasha vjolentement, nezghet il-papocc tas-sodda, raddet salib bil-kontra u zifnet iz-zifna tal-bidla. Hekk kif kienet ghadejja ixxejjer idejha, Baja habtet go Vaguz.

Kif jista jkun li zewg krejaturi mizerabbli ltaqaw go dinja ta' hofor mimlijin zibeg? Kif, go dinja fejn id-dudu kulur il-krema jittajjar minn palma ghall palma?

Kien x'kien, Baja u Vaguz ta' spiss kienu nvizibbli flimkien. L-imwejjed li kienu jpoggu fuqhom kienu kollha ngroppi u mimlijin zokkor (le..ma jistax ikun melh). It-tnejn imkebbin gewwa tila ghalihom, sabu l-wens u rhewla lejn il-bajja s-sabiha. It-triq kienet invazata bil-wirdien (minn dawk li jgorru s-sigaretti wara darhom) u bl-erwieh li hazzu isimhom fuq il-bibien ta' triq Victoria Cassar. Id-djar kollha kellhom ucuh, min f'estasi u min f'dieqa kbira, u min b'farrett f'nofs wiccu. Kien hemm il-hwejjeg ta' tarbijja imxerrda ma l-art, bieb tal-hadid li ma jaghti ghall-ebda miken, vann go nofs ghalqa mimli meravillji, fjura (bronz fid-dlam u vjola fid-dawl) tal-plastik mixhuta ma l-art, li kull min jixrob mit-trab taghha isir ghasfur tal-plastik u jorqod gos-sigar tal-plastik.

Kien hemm Vaguz, li waqaf taht wahda mis-sigar u beda jsaffar. L-ghasafar tal-plastik saffrulu lura. Hu biss jaf x'qalulu. Ahna nafu biss li Baja tilfet mohha, u riditu, u haditu...imma s'issa l-istorja ma ntemmitx.

Baja u Vaguz it-tnejn nies ta' dieqa kbira f'qalbhom.

Saturday, October 6, 2007

NEMIS B'NOFS CAVETTA
06.10.07


Darba kien hemm ragel li kien ihobb ihuf ghac-cwievet mormijja. Ta' kull lejl kien jistenna wara l-bibien tan nies sakemm dawn jarmu c-cwievet li ma jkunx ghad fadal uzu ghalihom.

Darba minnhom, sab cavetta li l-bieb taghha haseb li gharfu. Nawwar u nawwar fil-memorji kannella tieghu sakemm deherlu li sab il-Kaptu.

Kaptu kien bieb riha ta' moffa, bil-hniex hiereg minn kull toqba u bin-nida ticcallas mal-faccata. Ir-ragel dahhal ic-cavetta fis-serratura mmuffata. Taghha zewg skossi.

Kif wiehed seta jistenna, c-cavetta nqasmet fi tnejn; parti minnha fis-serratura u parti f'idejh. Ir-ragel xengel rasu.

L-istorja tintemm hesrem, bhall kif bdiet.

Friday, October 5, 2007

VOLKSWAGON GOLF
04.10.07



Mela darba jien hemm sigra vjola tikber mill-gear lever ta' karozza bajda. Jiddendlu minnha kien hemm bosta nisa zaghar bil-maktur ma rashom li kienu jghannu dejjem l-istess ghanja mdejqa u monotona. Kien jakkumpanjahhom ragel misterjuz minn barra l-karozza. Huma kienu jahzbuh Alla.

Darba minnhom, wahda mill-imdendlin hassitha bhal donnha trabbi l-kuragg. Libset ghalekk il-mant ta' tlett kuluri: l-Passat, il-Prezent u l-Mhux Maghruf. Fethet il-bieba l-blu tal-karozza bajda u harget 'l barra. Kien ghad kellha mwahhla ma rasha u idejha x-xinxilli vjola tas-sigra karozzeska. Sabet ruhha f'bahar ta' dlam imxarrab. Ma kien hemm l-ebda ragel jismu Alla. Minflok, kien hemm basket mimli rix.

Mil-boghod, instema l-hoss ta karozza tistartja.

Pass wara pass u b'ugieh kbir, il-mara rhitilha ghal ghonq it-triq. Ma damitx wisq ma waqfet tkaxkar saqajha. Ma kull pass, il-mara bdiet tikber.

Kibret ikbar mix-xitla Karozzeska.

Kibret ikbar mid-doppju.

Kibret ikbar minn dell.

Il-mara wessghet idejha u hatfet ix-xemx li kienet bdiet tazzarda titla. Id-dlam trijonfa ghal dejjem.

Ghall darb'ohra, instema l-ghana monotonu tan-nisa mdendla.