Monday, June 30, 2008

IL-HABIBA TAGHNA REUE


Hemm toqba go toqba go toqba go mohha fejn il habiba taghna Reue tirtira meta thoss ruha molestata u tiftakar fi zmien l-Imhabba Vergni.

Kien zmien tassew specjali, fejn hija kienet tgheda biss bl-osservazzjoni u bil fatt li kienet zaghzugha. Reue kienet ixebbahha il prezenza tieghu biss.

Hi u hu u hi u hu u l-possibilitajiet kollha tad-dinja.

Lanqas hi stess ma taf ezatt x’gara.

Hemm toqba go toqba go toqba fejn, ghall ragunijiet tassew mistici, Reue tirtira darba kultant.

Thursday, June 5, 2008

IL-MONTI


Morna il-monti tal Belt darba, jien u int, u int ridt tixtri amorin.

Qabduli jdejja l-bejjieha tan-nahal u dilkuli wicci bi krema friska tlegleg minn xehda ghasel, waqt li bkew it-tfal li tilfu l-id shuna ta ommom, u gergru x-xjuh li saqajhom ma tawhomx sa l-ahhar ringiela.

Morna l-monti tal-Belt darba, jien u int, fejn kien hemm nies itwal mix-xmara Nil u kien hemm nies iqsar mit-tulipan. Biehhli mrewwha r-ragel ta difrejh kannella, blu bil fjuri roza, trewwah ziffa gizimin.

Morna l-monti tal Belt darba, jien u int, u ghalxejn ghettlek ma tigrix, ghax intfajt tilab noli tistahba bejn purtieri tal lewlu u cintorini tal kremplin.

Ghalxejn ghettlek li t-tfal jigu bil vapuri, ghax int ridt tixtri amorin.

Tuesday, June 3, 2008


QTAR

‘L fuq u l-isfel, qattar gostik fuqi

Hudni Ghajn Zejtuna nara n-nar itir u jghola fis sema, cikcivogu twelidi, meta kont inserrah rasi rieqda fuq spallet missieri.

‘L fuq u l-isfel, qattar gostik fuqi

Hudni Hondoq ir Rummien ha nbus l-huttaf hu u johrog rasu mir ramel, u naqbad zewg hutiet fiz zlieq imbezlaq taghhom.

Hudni Ras il-Bajtra ha ninfexx nghidlek storja fuq ir-Ragel Vjola li daru tinsab f’mohhi biss, u nghoxa narak mimli interess.

Hudni fl-Ghorfa Numru Mijja fejn tipprova kemm tiflah ma taqrax bejn il-linji, ghax hemm hafna linji jaharqu.

Hudni San Pawl il-Bahar fejn hemm sigra tal plastik bl-ghasafar tal plastik u int infexx ghanni tahta, bhall darba.

Hudni dakinhar li faqqasna u ‘l fuq u l-isfel qattar gostik fuqi, halli jiena nittiehed.

Dan il ferh kollu inti gibtu b’idejk

Inti gibtu b’idejk

Inti gibtu b’idejk.

TELF

Ma nafx tiftakarx, imma darba morna l-fortizza u int gejt bix-shorts.

Ma nafx tiftakarx, imma darba kont tahsibni mara magika.

Ma nafx tiftakarx, imma darba kull kelma li konna nghidu kont tghasrilha l-vjola.

Niftakrek jien, titharrek bejn l-ahmar u l-blu.

Ma nafx tiftakarx, imma darba saqsejtni mistoqsijja orangjo.


IL BAJTRA

Fil-muzew ta’ l-arti ta’ Burdaba , bosta kienu jqattaw sieghat shah josservaw il-bicciet differenti ta’ hajja maqbuda gol hitan. F’tila minnhom, ghasfur tac-Cambura kien dejjem jittajjar dritt dritt fl-isfond ta’ kastell imperjali. Gara li l-gwienah ta’ l-ghasfur bdew jitqalu, donnhom bdew jisimaw aktar il-karba ta’ Gravita’. Din ta’ l-ahhar kienet mara xwejha li kienet tghix taht l-art.

“Camraba!! Buramento Buramento”, tenn l-imsejken ghasfur ahdar, hu u jaghsar l-ahhar sforz minn go gismu.

Ma hemmx x’taghmel. L-imsejken Camburesk tfattar ma l-art, li dak iz-zmien kienet niedja ghaliex l-Alla tas-sema Gupietru kien il-hin kollu jahsel il-Platti Rjali u jqattar ma l-art. L-ghasfur ukoll xolja qatra qatra, sa ma xorbuh l-eruq ta’ sigra armla.

Ghalekk illum ghanna s-sigar tal-Bajtar.

Wednesday, February 27, 2008


IL-HOLMA TA JOEY

27.02.07

Hemm ragel mohhu fit-tekno li kellimni minn go kaxxa li ghandi fil-kantina.

“Mela kont qieghed San Pawl il-bahar fid-dar tal-villegjatura li issa waqqajna. Jien kont fil-kamra tas-sodda ta ommi fejn il-bieb.”

Sewwa, ghedt jien, jien u nhokk il-basla ta rasi bl-gheluq u xniexel, nara fiex nidhol jien f’din l-istorja tassew interessanti.

“Ommi u missieri kienu wara l-bieb. U kelli DVD f’idejja ta’ xi hadd li ghamel wiehed li jigi minn missieri mill-furjana.”

Xi hadd li ghamel wiehed. Sewwa. Ma fhimt xejn.

“U missieri qieghed jghidli li dan film ta tletin sekonda u li din li tigi minnu riedet hi li tidderigieh avolja mandiex esperjenza ta’ xejn. U jien bdejt nikkritikahha msomma.”

Eeeeee fhimt issa. Qieghed jipprova jghaddili botta helu helu. Iva ghala Joey?

“Anyway. Umbghad fil-background nisma ‘OOOWWW’! Kien hemm postman ohxom liebes il-blu barra jxejjrili. U dan rajtu minn fuq ghax il-kamra kienet fuq, u rajtu minn bieb tal-hgieg. Nohrog fil-gallarijja.”

Postman Pat? Joey ma jafx x’kien jismu. Hasra.

“F’salt il-postman jigi livell tieghi. Jurini dak ir-ritratt tad dahk tieghek, dak l-imzelleg. Imsomma kien simili tieghu, u kien fuq wara ta’ magazine.”

Jarani mzellga dan. Imdellka.

“Qalli ‘din taf minn hi?’ U jien ghadt go qalbi 'dik qaltli biex ma nghid lil hadd' U nsomma baqa jistenna risposta. U ghedtlu ma nafx min hi imma nahseb toqghod hawnhekk San Pawl il-Bahar.”

Jien qatt ma ghettlu ma jghid xejn lill hadd. Omm Joey pjuttost imbacca u missieru qisu figurin. Joey mhux Joey tieghi imma Joey iehor, u fl-istorja fantastika jiena minghix jiena, imma jiena iehor.

Ghandi aptit nikteb storja, ghettlu.

Nista?

Wednesday, November 14, 2007

IL-PELLEGRINAGG TAL-FEKRUNA

15.11.07


Kien hemm darba fekruna kbira, mdellka, kerha, mzellga skura u kannella. Kienet xi haga li l-bahar bezaq fuq ix-xatt ghax hassu hazin. Il-fekkruna ittewbet wahda kbira, u minn halqha karkret karba simili ghall dik tal kokka meta tikkoncentra fuq l-kordi vokali l-aktar koroh ta grizmejha. Hareg, bi sforz kbir u miksi bzieq, ragel ahdar maghmul ckejken, li flok mohh kellu magna tal-hjata u flok qalb kellu lewza. Ir-ragel (li kien jismu Misempleh) qabad kamera tar-ritratti u nfexx jigbed immagni wara immagni ta’ dak kollu li setaw jaraw ghajnejh skrupluzi mimlijin riq fekrunesk. Ritratt wara ritratt, ic-cirkonferenza ta’ l-esperimentazzjoni tieghu zdiedet, hekk kif tbieghed aktar u aktar mil-lok fejn wellditu din il-haga moqzieza. Tbieghed, tbieghed, sa ma wasal hdejn bokka ta’ bir mimli brimb kbir daqs il-basal. Brimba minnhom kienet xwejha, sentinella ta’ hafna saqajn. Kellha xarha twil u mqanfed u kienet qed tehda ddur ddur mad-dawra tal-bokka.

Mal wasla ta’ Misempleh l-brimba ppuppat il-warrani, harget idejha, irrangat in-nuccali u talbitu ghall invit. Misempleh ma kellu l-ebda nvit. Mar-rivelazzjoni ta’ din il-bicca nformazzjoni, l-brimb kollha waqfu ix-xejn li kienu qieghed jaghmlu u harsu cass lejh.

Mijja disa u tmenin brimba, jharsu cass lejh.

Tistaw timmaginaw l-iskumdita’ li hass il-habib hadrani taghna li b’konsegwenza ghamel haga li kieku mhux ghax kien fadallu biss ghaxar minuti hajja, kien jiddispjacih ghalija ghall omru. Misempleh qabad ir-ritratti li kien gibed meta kien ghadu fl-istess ghanqbuta mdellka li fiha kien hemm ommu l-fekruna. Qassam wiehed wiehed l-immagni kolla ta’ dak li ghajnejh kienu esperjenzaw.

Mijja disa u tmenin ritratt. (Zied wiehed ghall brimba sentinella).

Malli dawn l-oggetti prezzjuzi gew f’idejn il-brimb, iggranfaw maghhom b’dahka ndemonjata, hargu lsienhom sufi u nfexxew jilghaqu kull immagni sakemm thassret kull stampa u fadal biss karti bojod. Lanqas dawn ma kellhom wisq xorti, ghax belawhom u tfewwquhom f’temp ta ghaxar sekondi. Misempleh sa issa kien ghadu kuntent. Mehlusa mill-guh, il-brimba sentinel warrbet u l-bokka kienet kollha tieghu. Ha ranjkatura u qabez ghall isfel.

Mill-ewwel xamm riha fekruneska li donnu gharafa. Dam ftit minuti niezel, jizzelleg mal-bzieq tal-bahar li l-bir kien mimli minnu. Hawn gew kollox kien inkaljat bl-actu, tant li l-ahdar jixhel ta’ Misempleh inhall mal-konfini tal-bir sa ma sar ragel trasparenti. Meta ra x’kien hemm fil-qiegh, iddissolva ghall kollox.

Ommu l-fekruna, kbira, mdellka, kerha, mzellga, kienet qiegheda hemm tistennieh b’halqha miftuh. Din id-darba faqqhet dahka li farrket il-magna tal-hjata ta mohhu u ghamlet zejt mill-lewza ta qalbu.

Misempleh waqaf jezisti.