Sunday, September 23, 2007

L-ISTORJA TAL-HUTA
21.09.07

Mela darba kien hemm huta ta l-ilma helu, li denbha kien celesti u halqha kien blu. Kienet tghix go banju f’dar ta’ l-anzjani, gewwa rahal li kien jinsab erba linji longitudjonali ‘l boghod mid-dezert Xilomen. Minhabba li l-huta kella dimensjonijiet pjuttost kumplikati, kienet ta’ spiss tazzarda iccapcap saqajha u ixxejjer idejha. L-anzjani, li ghal xi raguni kellom l-idea assurda li l-hut jigi bla idejn u bla saqajn, ta’ spiss kienu jilmentaw mall-kmandant tribali u kannibalu taghhom

Malajr saret udjenza, fejn il-kap suprem Egwilux libes kappell ghall-okkazjoni, maghmul minn frieket tal-plastik. Kulhadd ingabar fil-kamra tal-banju. L-imsejkna huta ma setghet taghmel xejn hlief li tisma b’saqajha (ghaliex il-hut m’ghandux widnejn) id-decizjoni ndeciza tal-poplu kollettiv u kahlani.

L-ghada filghodu l-huta sabet ruha fil-bahar il-vjola ta’ Wied Gizimin. Kien bahar tassew spettakolari, ghaliex minbarra l-istitel u l-kometi li wiehed normalment isib f’wicc l-ilma, kien hemm ukoll ammont kbir ta’ siggijiet kull kulur, iserrhu fuq ix-xtieli li kienu jservu bhala ghatu ghall-ilma.

Il-huta, wara hafna tbatijja, niffdet ix-xibka ta’ xtieli, u b’idejha ggranfat ma’ wiehed mis-siggijiet. Hassitha mportanti ferm hekk kif sabet ruha bilqieghda fuq siggu hadrani. Izda x’hin harset madwarha, il-huta hassitha tirtoghod, qisa ghada hierga mill-ilma.

Imferrxa mall-wied kien hemm mitt tarbija bilqieghda bhala, b’rasom mmejla kbira wisq ghall-gisimom, bin-newl f’idejom, ihitu l-flokkijiet.

No comments: