Tuesday, September 25, 2007

LUKURA
25.09.07

Kien hemm darba rahal zghir f’nofs pajjiz fejn it-twieqi kienu kollha homor u l-hitan kollha bojod. Fuq il-bejt ta’ dwejra minnhom, taht il-qamar inkaljat u s-shab mahruq, kien hemm mara mezz’eta, imxarrba bil-gharaq u tonxor il-lozor. Ghajnejha kienu jxinxtehtu fuq elf haga f’daqqa, bis-serqa ghaliex f’dak il-pajjiz ma kiex permess tixhet harstek ‘l hawn u ‘l hemm. Idejha mimlijin skaldi kienu jhokku mal-lozor vergni u jxawwtuhom. Kien jisimha Sirena. Dik il-lejla kienet qed tinstenna t-taqtir qisu halib jinzel mill-lozor bojod, sabiex umbad izzommu go barmil taht wahda mit-twieqi l-homor. Fil-barmil kien jghix ragel b’daqna twila li xoghlu kien li jaghmel l-istatwi mil-gebel tal-Lukura li kien jaqa hemmek b’kumbinazzjoni.

Darba minnhom il-mara naqset milli timla l-barmil bil-halib tal-lozor. Hekk kif marret fuq il-bejt, griet girja qasira u nxtehtet ghal isfel. Hesrem donna hasset it-tnabar ta’ widenejha mimlijja tajjar, u rasha hafifa donnha werqa fir-rih tal-Lvant. Il-mara nizlet dritta u bilwieqfa ma l-art, u hemmek ghadha sa llum. Saqajha ssa hadu l-gheruq, u minn idejha jiddendlu l-gebel tal-Lukura.


No comments: