Thursday, September 20, 2007

L-ARBLU GEMELL
19.09.07

Kienet lejla kiesha gewwa Cernovill, tant li s-silg niffed is-sema mtektka u l-ghasafar stkennew sew taht is-sigar tac-Cermateska. Ir-rih majjistru, b’ghajta griza xerred il-weraq rieqdin mat-triq, li fiha, dritt dritt, kien hemm l-arblu gemell.

L-arblu gemell kien jixel orangjo u ahmar: orangjo jaghti lejn it-triq tas-seba ghorrief u ahmar jaghti lejn il-qamar meta la’ jkun telgha u lanqas nizel.

Dlonk instemaw resqin Nomis u Habibtu, li f’dik il-lejla bejn sajf u xitwa kienu qed jilghabu loghba bla isem. Is-sigar tmattru u l-hanfus taht l-art waqqfu l-antenni taghhom ‘l fuq hekk kif tajjru l-ahhar xrar tas-silg minn fuq darhom. Skond l-uzanzi tal-villagg, Nomis intefa taht in-naha l-orangju filwaqt li Habibtu inxethtet bla pacenzja taht id-dawl hamrani. Malajr hakimha tip ta dwejjaq vjola skur, tant li infexxhet tilghab b’tuffieha li harget minn gol-basket tac-comb li kien ilha iggor maghha sa mill-1987.

Nomis baqa sieket. Kellu xehta ta bniedem li garrab, donnu x-xih ta Wied Ketis li hadd qatt ma sema bieh. Kien ghalekk li Habibtu newwlittlu l-imsemijja tuffieha, donna Eva hierga friska mill-ktieb tal-Genesi. Nomis, li hassu pjuttost ferhan ghaliex donnu kien qed jerga jghix leggenda, hataf il-frotta u beda jnawwar dufrejh kannella mil-qoxra ‘l gewwa. Kien f’dan il-mument li t-tuffieha nqasmet fit-tnejn u intebah li l-qalba kienet lewn ahdar imxarrab.

Nemis halla t-tuffieha taqa ma l-art. Hares cass lejn is-sema semi-skura. Habibtu hasbitu ser jinfexx fl-Ghanja tar-Raghad. Izda Nemis baqa sieket, u minflok fetah dirajgh berah u baqa ihares ‘l fuq, ‘l fuq.

F’daqqa wahda xeqleb rasu lagenba u beda jdur zugraga mieghu innifsu. U jdur u jdur u jdur u jdur u jdur u jdur u jdur u jdur. Nemis, b’idu miftuha, baqa jdur, tant li iz-ziffa li holoq qajmet gisem Habibtu xewk xewk. Id-dublett ikaxkar griz li kien liebes beda tiela ‘l fuq, ‘l fuq sakemm kiseb is sura ta pezza drapp forma ta’ petala. Gisem Nemis kien mghotti ghal kollox.

Id-dublett ta’ Nemis baqa imnaqqax fis-sema, donnu demgha tad-drapp maqbuda f’ghanqbuta.

Kien hawnekk li Habibtu, wara ghoxrin sena, ntebhet li Nemis, taht id-dublett, kien ragel bla saqajn.

No comments: