IL-MARA TLETT KWARTI
20.09.07
Mela darba kien hemm mara li kienet tghix go dar bla saqaf f’nofs l-Armlika t’Isfel. Kull tlett kwarti, kienet tixhet harsita ‘l fuq u twerzaq twerzieqa twila u tahraq. Meta kienu jisimawha, il-krejaturi kollha kienu jitwerwru, imma kollha kienu kurjuzi biex ikunu jafu x’dehra kellha din il-mara.
Mela darba fost ohrajn, kien hemm rettilu twil mimli trijangoli orangjo. Dan ir-rettilu kien jidfen rasu taht l-art kull nhar ta’ Tlieta. Gara li jum minnhom hass l-art bhal donnha titghawweg u tixxeqleb, u beza ghaliex rasu kienet taht l-art. Ghalekk, ghalaq ghajnejh u sadd it-tnabar ta’ widnejh b’tulipan iswed.
Kien f’dak il-mument li sab ruhu mdawwar minn erba hitan, imsaqqfa biss bis-sema kannella.
“Ceriplamm!” ghajjat ir-rettilu.
F’hakka t’ghajn fegget il-mara li twerzaq kull tlett kwarti.
“Woxinmaxin”, stqarret.
“Wimpilflaks, vlamberxmann”
Ir-rettilu trijangolari tkexkex.
Flok ghajnejn, il-mara kellha zewg hagriet tondi u trasparenti ttikjati, mimlijin tajn.
20.09.07
Mela darba kien hemm mara li kienet tghix go dar bla saqaf f’nofs l-Armlika t’Isfel. Kull tlett kwarti, kienet tixhet harsita ‘l fuq u twerzaq twerzieqa twila u tahraq. Meta kienu jisimawha, il-krejaturi kollha kienu jitwerwru, imma kollha kienu kurjuzi biex ikunu jafu x’dehra kellha din il-mara.

Kien f’dak il-mument li sab ruhu mdawwar minn erba hitan, imsaqqfa biss bis-sema kannella.
“Ceriplamm!” ghajjat ir-rettilu.
F’hakka t’ghajn fegget il-mara li twerzaq kull tlett kwarti.
“Woxinmaxin”, stqarret.
“Wimpilflaks, vlamberxmann”
Ir-rettilu trijangolari tkexkex.
Flok ghajnejn, il-mara kellha zewg hagriet tondi u trasparenti ttikjati, mimlijin tajn.
No comments:
Post a Comment