Tuesday, September 25, 2007

IL-BAR FIL-BELT TA’ GHANQA
25.09.07


Hemm miken fil-belt ta’ Ghanqa fejn il-poplu jmur biss sabiex ifittex bar li fih mhux permess dawl.Qalb ir-residenti tal-bar thabbat tnax tnax, u mnifsejhom jaqta kull tmintax-il minuta. Tnawwar fl-inhawi r-riha perfda ta’ ncens u tax-xitla tac-Censura, u kien propju ghalekk li Dlena u Jolissi rhewla lejn l-imsemmi bar fil-belt ta’ Ghanqa. Itaptpu saqajom ma l-imwejjed tal-hgieg u jhossu b’idejhom ghall eqreb banketta, fid-dalma tal-bar iz-zewg zaghzagh issukktaw jirrakkontaw ghegubijiet celesti.

Jolissi kien bniedem tad-dlam f’qalbu. Ta spiss kien jghaddi idu mahruqa minn fuq sidru, izda kull darba kien jinstamat. Kien ghalekk jehda jipporga d-dlam tieghu fuq tila u jallaqha ma hajt. Dufrejh kienu twal u rasu armla tax-xar, u minn naha ta’ wara ta’ rasu kienet tohrog raggiera ppuppata ‘l fuq, ftit dehbijja u bil-ghasel iqattar minnha, izda l-bicca l-kbira msadda. Kellu vizzju jhokk il-lehja u jikkunsidra kemm kien wahdu f’dik id-dinja.

Dak il-lejl partikolari, ma steghax jaqla ghajnejh minn fuq ghonq Dlena, li ntefghet bilqieghda kuntenta b’tazza nbid vjola f’idejha. Kienet liebsa libsa hadra, u mgewzra madwar ghonqa kella tisserrep kullana tad-deheb. Il-gilda safranijja ta Dlena f’dak il-bar kisbet xejra aktar safra miss-soltu. Ghajnejn Jolissi xeghlu hodor, u beda jliegheb hu u jlegleg l-inbid vjola.

Ma setghax jaqla ghajnejh minn ghonq Dlena.

1 comment:

Anonymous said...

birds of a feather...