Tuesday, June 3, 2008

IL BAJTRA

Fil-muzew ta’ l-arti ta’ Burdaba , bosta kienu jqattaw sieghat shah josservaw il-bicciet differenti ta’ hajja maqbuda gol hitan. F’tila minnhom, ghasfur tac-Cambura kien dejjem jittajjar dritt dritt fl-isfond ta’ kastell imperjali. Gara li l-gwienah ta’ l-ghasfur bdew jitqalu, donnhom bdew jisimaw aktar il-karba ta’ Gravita’. Din ta’ l-ahhar kienet mara xwejha li kienet tghix taht l-art.

“Camraba!! Buramento Buramento”, tenn l-imsejken ghasfur ahdar, hu u jaghsar l-ahhar sforz minn go gismu.

Ma hemmx x’taghmel. L-imsejken Camburesk tfattar ma l-art, li dak iz-zmien kienet niedja ghaliex l-Alla tas-sema Gupietru kien il-hin kollu jahsel il-Platti Rjali u jqattar ma l-art. L-ghasfur ukoll xolja qatra qatra, sa ma xorbuh l-eruq ta’ sigra armla.

Ghalekk illum ghanna s-sigar tal-Bajtar.

No comments: