Thursday, June 5, 2008

IL-MONTI


Morna il-monti tal Belt darba, jien u int, u int ridt tixtri amorin.

Qabduli jdejja l-bejjieha tan-nahal u dilkuli wicci bi krema friska tlegleg minn xehda ghasel, waqt li bkew it-tfal li tilfu l-id shuna ta ommom, u gergru x-xjuh li saqajhom ma tawhomx sa l-ahhar ringiela.

Morna l-monti tal-Belt darba, jien u int, fejn kien hemm nies itwal mix-xmara Nil u kien hemm nies iqsar mit-tulipan. Biehhli mrewwha r-ragel ta difrejh kannella, blu bil fjuri roza, trewwah ziffa gizimin.

Morna l-monti tal Belt darba, jien u int, u ghalxejn ghettlek ma tigrix, ghax intfajt tilab noli tistahba bejn purtieri tal lewlu u cintorini tal kremplin.

Ghalxejn ghettlek li t-tfal jigu bil vapuri, ghax int ridt tixtri amorin.

No comments: