Wednesday, November 14, 2007

IL-PELLEGRINAGG TAL-FEKRUNA

15.11.07


Kien hemm darba fekruna kbira, mdellka, kerha, mzellga skura u kannella. Kienet xi haga li l-bahar bezaq fuq ix-xatt ghax hassu hazin. Il-fekkruna ittewbet wahda kbira, u minn halqha karkret karba simili ghall dik tal kokka meta tikkoncentra fuq l-kordi vokali l-aktar koroh ta grizmejha. Hareg, bi sforz kbir u miksi bzieq, ragel ahdar maghmul ckejken, li flok mohh kellu magna tal-hjata u flok qalb kellu lewza. Ir-ragel (li kien jismu Misempleh) qabad kamera tar-ritratti u nfexx jigbed immagni wara immagni ta’ dak kollu li setaw jaraw ghajnejh skrupluzi mimlijin riq fekrunesk. Ritratt wara ritratt, ic-cirkonferenza ta’ l-esperimentazzjoni tieghu zdiedet, hekk kif tbieghed aktar u aktar mil-lok fejn wellditu din il-haga moqzieza. Tbieghed, tbieghed, sa ma wasal hdejn bokka ta’ bir mimli brimb kbir daqs il-basal. Brimba minnhom kienet xwejha, sentinella ta’ hafna saqajn. Kellha xarha twil u mqanfed u kienet qed tehda ddur ddur mad-dawra tal-bokka.

Mal wasla ta’ Misempleh l-brimba ppuppat il-warrani, harget idejha, irrangat in-nuccali u talbitu ghall invit. Misempleh ma kellu l-ebda nvit. Mar-rivelazzjoni ta’ din il-bicca nformazzjoni, l-brimb kollha waqfu ix-xejn li kienu qieghed jaghmlu u harsu cass lejh.

Mijja disa u tmenin brimba, jharsu cass lejh.

Tistaw timmaginaw l-iskumdita’ li hass il-habib hadrani taghna li b’konsegwenza ghamel haga li kieku mhux ghax kien fadallu biss ghaxar minuti hajja, kien jiddispjacih ghalija ghall omru. Misempleh qabad ir-ritratti li kien gibed meta kien ghadu fl-istess ghanqbuta mdellka li fiha kien hemm ommu l-fekruna. Qassam wiehed wiehed l-immagni kolla ta’ dak li ghajnejh kienu esperjenzaw.

Mijja disa u tmenin ritratt. (Zied wiehed ghall brimba sentinella).

Malli dawn l-oggetti prezzjuzi gew f’idejn il-brimb, iggranfaw maghhom b’dahka ndemonjata, hargu lsienhom sufi u nfexxew jilghaqu kull immagni sakemm thassret kull stampa u fadal biss karti bojod. Lanqas dawn ma kellhom wisq xorti, ghax belawhom u tfewwquhom f’temp ta ghaxar sekondi. Misempleh sa issa kien ghadu kuntent. Mehlusa mill-guh, il-brimba sentinel warrbet u l-bokka kienet kollha tieghu. Ha ranjkatura u qabez ghall isfel.

Mill-ewwel xamm riha fekruneska li donnu gharafa. Dam ftit minuti niezel, jizzelleg mal-bzieq tal-bahar li l-bir kien mimli minnu. Hawn gew kollox kien inkaljat bl-actu, tant li l-ahdar jixhel ta’ Misempleh inhall mal-konfini tal-bir sa ma sar ragel trasparenti. Meta ra x’kien hemm fil-qiegh, iddissolva ghall kollox.

Ommu l-fekruna, kbira, mdellka, kerha, mzellga, kienet qiegheda hemm tistennieh b’halqha miftuh. Din id-darba faqqhet dahka li farrket il-magna tal-hjata ta mohhu u ghamlet zejt mill-lewza ta qalbu.

Misempleh waqaf jezisti.

3 comments:

Anonymous said...

eee eee ok

bugtravels said...

Storja intriganti li galitni inhoss ghar ragel ahdar .. mhux daqstant ghal fekruna imma!

Anonymous said...

Your blog keeps getting better and better! Your older articles are not as good as newer ones you have a lot more creativity and originality now. Keep it up!
And according to this article, I totally agree with your opinion, but only this time! :)