PORCELLANA
12.11.07
Qabad lasta rqieqa, ferraq l-ilma frizat li kien kwazi beda jifforma skorca ma l-art u farrak is-silg sa ma fetah bokka. Halla l-hoss sfrenat tat trakkijiet li nstemaw mill-boghod, halla it-tektik tac-cpar jizzelleg mal-karozzi, halla z-zarzir f’mohhu u halla l-biki taz zoni industrijali. Mill-bokka harget krejatura tal-porcellana, liebsa libsa bajda rieha ta demensja, tlegleg flixkun spirtu kannella u tliegheb vokabolarju li ma jezizti fl-ebda dizzjunarju. Hatfet il-lasta u telqghet ghall ghonq it-triq , tixxengel
Qabad xarha
L-ghada, bil-mohbi ta Nemis, tkaxkret lura lejn it-toqba tas-silg.
Huwa qam bil-hoss tat trakkijiet f’widnejh, it-tektik tac-cpar jizzeffen mall-voks wagon, iz-zarzir li baqa f’mohhu u z-zuffjett taz zoni industrijali.


